Sign In

Forgot Password?

Register Now

L-Alkimista

Overview

Din hija storja dwar Santiago, ragħaj Spanjol mill-Andalusija. Dan ir-ragħaj, mimli rieda, ħeġġa u s-sens ta’ avventura, iħalli kollox warajh u jaqsam id-deżert biex ifittex teżor taħt il-piramidi tal-Eġittu. Fi triqtu jiltaqa’ mal-alkemista. Il-qarrej jista’ malajr jintebah li hu wkoll jista’ jsegwi t-triq li qabad ir-ragħaj, li minkejja x-xkiel u s-saram li jseffaq wiċċu miegħu, xorta waħda bi ħsiebu jibqa’ għaddej biex iwettaq il-ħolma tiegħu. Paulo Coelho ħareġ il-ktieb O Alquimista fl-1988 ġewwa l-Brażil. Illum, dan il-ktieb hu meqjus bħala wieħed mill-aktar li ġew fl-idejn fid-dinja f’dawn l-aħħar għoxrin sena. L-edizzjoni Maltija, bl-isem ta’ L-Alkemista, hija ’l wieħed u sebgħin ilsien li fih ġie maqlub dal-ktieb. B’kollox Coelho biegħ 115-il miljun ktieb mill-għoxrin li kiteb. Dan huwa ktieb li jaf jibdilek ħajtek.

ISBN: 978-99932-7-301-1
Publisher:
Publication date: 0000-00-00 00:00:00
Pages:

Download the Nemo Ebook App from iTunes to view this book

€ 7.00

Other popular titles

Be the first to know

Sign up with your email for savings, news and latest releases

Be Social